dqse.gov.mt

Direttur

IS-SA DENISE GATT

B.A.(Hons)(Melit.)

Direttur

Is-Sa Denise Gatt ilha taħdem fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-kwalità għal dawn l-aħħar għaxar snin. Fl-2022 bdiet l-irwol attwali tagħha dak ta' Direttur fil-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR). Ir-rwol tagħha bħala Direttur jiffoka fuq it-tmexxija tal-korp regolatorju għall-edukazzjoni pre-obbligatorja u obbligatorja f'Malta fis-setturi differenti. Qabel ir-rwol ta' Direttur, is-Sa Gatt kienet edukatriċi fi ħdan l-istituzzjonijiet sekondarji u post-sekondarji u kellha wkoll ir-rwol ta' Uffiċjal Edukattiv, fejn mexxiet external reviews f'bosta skejjel f'Malta. Bħalissa qed taqra għal Ph.D fl-Università ta' Malta li tiffoka fuq l-importanza tal-evalwazzjoni interna tal-Iskola bħala mekkaniżmu li jista jgħin fl- assigurazzjoni tal-kwalità.