dqse.gov.mt

3-16 Snin

L-Istandards Nazzjonali għall-Kwalità fl-Edukazzjoni (3-16), bi kriterji ċari ta’ suċċess, ġew żviluppati mal-imsieħba. Huma jartikolaw fehim nazzjonali kondiviż tal-kwalità tal-edukazzjoni u għalhekk jipprovdu bażi għall-allinjament tal-proċessi tal-evalwazzjoni interni u esterni kif deskritt fl-NCF (2012:32) “L-Assigurazzjoni tal-Kwalità għandha titwettaq permezz ta’ sistema ta’ evalwazzjoni personali, monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwa fl-iskejjel ikkumplementata minn sistema ta’ evalwazzjoni esterna li flimkien irawmu titjib fl-iskejjel.” B’hekk ikun hemm sforz biex jinħoloq bilanċ bejn l-awtonomija u l-kontabilità u bejn sistema ċentralizzata u deċentralizzata ta’ mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità.