1. L-ilmenti kollha li jaslu għand id-DKSE, l-azzjoni meħuda u r-riżultat tal-investigazzjonijiet jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Ilmenti miżmum mid-DKSE.
2. L-ilmenti jew il-formoli tal-ilmenti kollha li jaslu għand id-DKSE huma ttimbrati bid-data u rreġistrati mill-Uffiċċju Amministrattiv tad-Dipartiment. Kull meta l-ilmentatur jipprovdi d-dettalji personali tiegħu/tagħha, tintbagħat notifika fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tasal.
3. Kopja tal-ilment tidħol fil-Fajl tal-Amministrazzjoni, filwaqt li l-oriġinal tiddaħħal fil-fajl taċ-Ċentru li kontrih ikun sar l-ilment.
4. Id-dettalji tal-ilment, kif ukoll id-dettalji tal-persuna li tkun qed tagħmel l-ilment jiġu rreġistrati fuq il-formola xierqa u pproċessati skont Punt 3.
5. Minn hemm ‘il quddiem il-Fajl jintbagħat lill-persuna nominata mid- DKSE għall-allokazzjoni tal-fajl/s u tinbeda l-investigazzjoni. Il-persuna nominata għandha tinforma lill-ilmentatur bid-dettalji tal-uffiċjali maħtura biex iwettqu l-investigazzjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-ilment.
6. Id-DKSE tipprova ssolvi l-ilment fi żmien tmienja u għoxrin jum tax-xogħol mid-data li fiha d-DKSE jirċievi l-ilment.
7. Jekk id-DKSE ma jkunx jista’ jsolvi l-ilment fi tmienja u għoxrin jum tax-xogħol, l-ilmentatur jiġi nfurmat bir-raġunijiet għad-dewmien u tiġi ndikata data ġdida.
8. Id-DKSE jagħmel l-almu tiegħu biex jindirizza l-ilmenti kollha kemm jista’ jkun malajr.