dqse.gov.mt

Ilmenti

Il-Proċedura ta' lmenti dwar is-Servizzi ta' Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin)

1. L-Għan

L-għan ta’ din il-proċedura huwa li tagħti l-lok biex dawk li jipprovdu u jużaw is-servizz, u lill-imsieħba kollha jgħaddu kwalunkwe lment li jistgħu jiltaqgħu miegħu fl-għoti tas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin). Dan biex jiżguraw l-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati u fuq kollox, l-aħjar interess tat-tfal. L-ilmentatur għandu inizjalment iressaq l-ilment tiegħu mal-maniġment
taċ-ċentru sabiex ifittex rimedju miegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, l-ilmentatur, jista’ jressaq it-tħassib mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Zgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, komplut b’dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun ta’ rilevanza għall-ilment.

2. Definizzjoni

Ilment jista’ jiġi definit bħala forma ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon b’servizz ipprovdut minn Ċentru jew mill-istaff tiegħu. Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) jinvestiga biss ilmenti relatati man-nuqqas ta’ konformità mal-Istandards Nazzjonali għas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin) maħruġ f’Ottubru 2021.

3. Ilmenti Riċevuti

Id-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DKSE) jista’ jirċievi ilmenti permezz tal-mezzi li ġejjin:

L-informazzjoni personali pprovduta fuq il-Formola tal-Ilmenti hija protetta u użata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap.440).

Hemm limitu ta’ żmien biex isir ilment. Il-MEYR ma jinvestigax ilmenti jekk dawn ma jiġux sottomessi fi żmien sebat (7) ijiem tax-xogħol mid-data tal-okkorrenza. Kull ilmentatur li jressaq ilment wara dan il-perjodu stipulat ikollu jagħti raġunijiet validi biex jiġġustifika għala s-sottomissjoni ntbagħtet tard.

Jekk ilmentatur ikun jixtieq jibqa’ anonimu, l-anonimità tiegħu/tagħha tiġi rispettata, madankollu d-dipartiment imbagħad ma jkunx jista’ jipprovdi rispons lill-ilmentatur dwar l-azzjoni meħuda. L-ilmenti kollha jiġu ttrattati bl-aktar mod kunfidenzjali.

4. Proċedura

  1. L-ilmenti kollha li jaslu għand id-DKSE, l-azzjoni meħuda u r-riżultat tal-investigazzjonijiet jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-Ilmenti miżmum mid-DKSE.
  2. L-ilmenti jew il-formoli tal-ilmenti kollha li jaslu għand id-DKSE huma ttimbrati bid-data u rreġistrati mill-Uffiċċju Amministrattiv tad-Dipartiment. Kull meta l-ilmentatur jipprovdi d-dettalji personali tiegħu/tagħha, tintbagħat notifika fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta tasal.
  3. Kopja tal-ilment tidħol fil-Fajl tal-Amministrazzjoni, filwaqt li l-oriġinal tiddaħħal fil-fajl taċ-Ċentru li kontrih ikun sar l-ilment.
  4. Id-dettalji tal-ilment, kif ukoll id-dettalji tal-persuna li tkun qed tagħmel l-ilment jiġu rreġistrati fuq il-formola xierqa u pproċessati skont Punt 3.
  5. Minn hemm ‘il quddiem il-Fajl jintbagħat lill-persuna nominata mid- DKSE għall-allokazzjoni tal-fajl/s u tinbeda l-investigazzjoni. Il-persuna nominata għandha tinforma lill-ilmentatur bid-dettalji tal-uffiċjali maħtura biex iwettqu l-investigazzjoni fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi l-ilment.
  6. Id-DKSE tipprova ssolvi l-ilment fi żmien tmienja u għoxrin jum tax-xogħol mid-data li fiha d-DKSE jirċievi l-ilment.
  7. Jekk id-DKSE ma jkunx jista’ jsolvi l-ilment fi tmienja u għoxrin jum tax-xogħol, l-ilmentatur jiġi nfurmat bir-raġunijiet għad-dewmien u tiġi ndikata data ġdida.
  8. Id-DKSE jagħmel l-almu tiegħu biex jindirizza l-ilmenti kollha kemm jista’ jkun malajr.

5. Ir-Riżultat tal-Investigazzjonijiet

  1. Fi tmiem dan il-proċess, l-uffiċjali mid-DKSE iħejju rapport ta’ investigazzjoni dwar l-ilmenti. Ir-riżultat tal-investigazzjonijiet jiġi diskuss mad-Direttur/Assistent Direttur tad-DKSE. Wara, id-DKSE jikkuntattja u jinforma lill-ilmentatur dwar is-sejbiet u r-riżultati ewlenin flimkien mal-azzjoni meħuda. Id-DKSE jikkuntattja wkoll lill-LRP ikkonċernat bl-ilment, u jiddikjara n-natura tal-ilment, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jiddikjara wkoll l-azzjoni li ċ-ċentru huwa mistenni li jieħu, jekk applikabbli. Ir-rapport tal-investigazzjoni tal-ilment għandu jiġi mehmuż mal-formola tal-ilment u jiddaħħal fil-fajl tas-CDC.
  2. Skont in-natura tal-ilment, l-uffiċjali tad-DKSE għandhom żmien speċifiku biex isegwu u jikkonfermaw li ċ-ċentru indirizza l-ilment, jekk applikabbli.
The Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.