dqse.gov.mt

Liċenzjar tal-Iskola

It-Taqsima Regolatorja u tal-Konformità (RCS) fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DKSE) hija fdata bil-ħruġ ta’ Liċenzji tal-Iskola, sal-età obbligatorja tal-iskola, bħala parti mill-mandat tagħha ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-Istruttura. Il-proċess tal-Liċenzjar tal-Iskejjel huwa regolat mill-Att dwar l-Edukazzjoni (605), il-Kundizzjonijiet Minimi Nazzjonali (MT) għall-iskejjel kollha (NMC) SL 327.12 u Leġiżlazzjoni/Regolamentazzjoni rilevanti oħra. Il-Liċenzji Mandatorji tal-Iskola jinħarġu lill-Iskejjel tal-Knisja, Indipendenti u Internazzjonali għal-livelli Pre-Primarji (Kindergarten), Primarji u Sekondarji.

School Licensing

Skejjel tal-Knisja

L-Iskejjel tal-Knisja huma mmexxija minn Kongregazzjonijiet Reliġjużi skont il-ftehim tal-Gvern ta’ Malta/Vatikan (Konkordat) tal-1991, l-Att dwar l-Edukazzjoni u l-NMC u Leġiżlazzjoni/Regolamentazzjoni relevanti oħra, fuq sistema parallela bħall-iskejjel tal-Istat. L-Iskejjel tal-Knisja jsegwu l-Qafas Tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF) bħal fl-Iskejjel tal-Istat. Il-kwalifiki tal-gradi tal-Edukazzjoni tal-Knisja huma fuq l-istess livell tal-impjegati tal-Istat skont il-Konkordat u l-NMC u l-għalliema għandhom Warrant tal-Għalliema. Id-DKSE twettaq kontrolli biex timmonitorja l-aderenza mal-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni biex tiżgura kwalità fl-istruttura u l-proċessi. Ir-reġistrazzjoni tal-istudenti fl-Iskejjel tal-Knisja f’diversi livelli, tiġi deċiża b’sistema ta’ votazzjoni mmexxija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni tal-Iskejjel Kattoliċi. Skejjel tal-Knisja prospettivi, li għadhom kif ġew stabbiliti jridu japplikaw għal Liċenzja tal-Iskola qabel l-operat tagħhom billi jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn skont il-ħoloq ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għal liċenzja tal-iskola tal-Knisja

Dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-proċess tal-liċenzjar ta’ Skola tal-Knisja

Lista ta’ Skejjel tal-Knisja liċenzjati

Skejjel Indipendenti

L-Iskejjel Indipendenti huma mmexxija minn organizzazzjonijiet privati jew individwi li ma jagħmlux qligħ irregolati mill-Att dwar l-Edukazzjoni, NMC u Leġiżlazzjoni/Regolament rilevanti oħra. L-Iskejjel Indipendenti jsegwu l-NCF u l-livelli edukattivi kollha għandhom l-istess kwalifiki bħal fl-Iskejjel tal-Istat. L-għalliema għandu jkollhom Teacher’s Warrant. DKSE twettaq kontrolli biex timmonitorja l-aderenza mal-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni biex tiżgura l-kwalità fl-istruttura u l-proċessi. Huma jitolbu miżati u l-istudenti huma rreġistrati fuq bażi ta’ first come first served. Skejjel Indipendenti prospettivi u stabbiliti ġodda jeħtieġ li japplikaw għal Liċenzja tal-Iskola qabel l-operat billi jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn skont il-links hawn taħt.

Applikazzjoni għal liċenzja ta’ skola indipendenti

Dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-proċess ta’ liċenzjar ta’ Skola Indipendenti

Lista ta’ Skejjel Indipendenti liċenzjati

Skejjel Internazzjonali

L-Iskejjel Internazzjonali huma skejjel Indipendenti li jsegwu kurrikulu internazzjonali approvat jew mill-pajjiż tal-oriġini tal-organizzazzjoni jew kurrikulu rikonoxxut internazzjonalment. Għalhekk huma regolati mill-Att dwar l-Edukazzjoni għal skopijiet ta’ liċenzjar u l-NMC. Bħala tali, huma jistgħu jagħżlu li ma jiġux evalwati mid-DKSE iżda huma obbligati li jgħaddu minn kontrolli ta’ konformità mid-DKSE li jimmonitorja l-aderenza mal-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni biex jiġu żgurati aspetti ta’ struttura ta’ kwalità. Il-gradi kollha tal-edukaturi għandu jkollhom l-istess kwalifiki bħall-gradi tal-iskejjel tal-Istat u l-għalliema għandu jkollhom il-Warrant tal-Għalliema. Dawn jitolbu miżati u l-istudenti huma rreġistrati fuq bażi first come first served. Skejjel Internazzjonali prospettivi, li għadhom kif ġew stabbiliti jeħtieġ li japplikaw għal Liċenzja tal-Iskola qabel l-operat billi jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn skont il-ħoloq ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għal liċenzja għal Skola Internazzjonali 

Dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-proċess ta’ liċenzjar ta’ Skola Internazzjonali

Lista ta’ Skejjel Internazzjonali liċenzjati

Istituzzjonijiet Edukattivi

L-Istituzzjonijiet Edukattivi jipprovdu servizzi edukattivi b’mod privat, bi programmi speċjalizzati għal studenti bi bżonnijiet speċifiċi. Huma għandhom ftehim jew Memorandum ta’ qbil mal-awtoritajiet tal-Istat u huma regolati kemm mill-att dwar l-Edukazzjoni kif ukoll min-NMC. Id-DKSE twettaq evalwazzjonijiet u kontrolli tal-konformità f’dawn l-istituzzjonijiet biex tiżgura l-aderenza mal-leġiżlazzjoni u r-regolamentazzjoni u proċessi marbuta ma’ kwalità fl-istruttura u l-proċessi ta’. Istituzzjonijiet Edukattivi prospettivi, li għadhom kif ġew stabbiliti jeħtieġ li japplikaw għal Liċenzja tal-Iskola qabel l-operat billi jissottomettu l-applikazzjoni meħtieġa u d-dokumentazzjoni relevanti skont il-ħoloq ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għal liċenzja għal Istituzzjoni Edukattiva 

Dokumentazzjoni ta’ sostenn għall-proċess ta’ liċenzjar ta’ Istituzzjoni Edukattiva.

Lista ta’ Istituzzjonijiet Edukattivi

Liċenzji temporanji

L-iskejjel kollha li jkunu għadhom kif ingħataw liċenzja, tinħarġilhom Liċenzja Temporanja fl-ewwel sena tal-operat tagħhom jew sakemm id-DKSE jkun sodisfatt bil-kwalità tal-Istruttura u l-Proċess tagħhom.

Skola li jkollha Liċenzja Kompluta tista’ tinżel għal Liċenzja Temporanja b’Kundizzjonijiet meta d-DKSE ma jkunx sodisfatt li l-iskola stabbilita jkollha l-istandards meħtieġa ta’ kwalità fl-iStruttura u/jew fil-Proċess. Id-DKSE jiggwida lill-iskejjel biex jilħqu l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għall-benefiċċju tal-istudenti.

Il-liċenzji temporanji huma validi għal sena skolastika waħda u għandhom jiġġeddu fi tmiem is-sena skolastika operattiva (nofs Lulju).

Skejjel b’Liċenzja Temporanja għandhom japplikaw għat-tiġdid flimkien mad-dokumentazzjoni relevanti billi jsegwu l-ħoloq ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenzja ta’ Skola Temporanja 

Reviżjoni ta' Liċenzja tal-Iskola

 Jista’ jkun hemm okkażjonijiet meta jkun hemm bżonn li tiġi riveduta liċenzja tal-iskola minħabba bidla fid-detentur tal-Liċenzja jew iż-żieda ta’ livell ġdid fi skola stabbilita.

F’dawn il-każijiet u każijiet simili, id-Detentur tal-Liċenzja għandu japplika fuq il-formola xierqa u jissottometti d-dokumentazzjoni meħtieġa billi jsegwi l-ħoloq ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għar-Reviżjoni ta’ liċenzja tal-Iskola 

Irtirar ta' liċenzja tal-iskola

Skola liċenzjata tista’ tapplika għall-irtirar tal-liċenzja tal-iskola tagħha jekk ikollha l-intenzjoni li twaqqaf l-operat b’mod indefinit.

L-applikazzjoni għall-irtirar tista’ tiġi aċċessata fil-ħolqa ta’ hawn taħt.

Applikazzjoni għall-irtirar ta’ liċenzja tal-Iskola

Sanzjonijiet

Filwaqt li d-DKSE jistinka biex toħloq attitudni ta’ djalogu, kolleġjalità, u jipprovdi gwida fid-djalogu tiegħu mal-Iskejjel kollha, jirriżerva wkoll id-dritt li jimponi sanzjonijiet mogħtija lilu mil-liġi, inklużi multi rilevanti, jekk iħoss il-bżonn.

Liċenzja tal-Iskola tista’ tiġi SOSPIŻA jew IRTIRATA (skont l-Att dwar l-Edukazzjoni) fid-diskrezzjoni tad-DKSE jekk ir-regolatur iqis li jkun xieraq għall-benesseri u s-sigurtà tal-istaff u l-istudenti u/jew l-intitolament għat-tagħlim tal-istudenti.

Id-DKSE jista’ jirrikorri wkoll għas-sospensjoni tal-Iskema ta’ Għotja per capita jekk iqis li skola tkun qed tikser il-leġiżlazzjoni wara twissija adegwata.

The Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.