It-Taqsima tal-Akkreditazzjoni (TA) hija fdata biex tissorvelja u tirregola l-akkreditazzjoni u l-validazzjoni tal-programmi kollha għall-istudenti fis-settur obbligatorju. It-TA tiżgura li l-programmi akkreditati jkunu konformi mal-Istandards Nazzjonali maħruġa mid-DKSE u proċeduri assoċjati u jsegwu b’fedeltà l-prinċipji tal-Qafas tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għallEdukazzjoni f’Malta (0-16 sena) u Rapport tar-Referenzjar. It-Taqsima tal-Akkreditazzjoni hija responsabbli wkoll biex tiżgura li l-programmi akkreditati jiġu riveduti u evalwati bil-għan li jkun hemm edukazzjoni ta’ kwalità.
L-objettivi tal-missjoni tat-TA huma:
a. l-akkreditazzjoni ta’ Programmi Formali u Mhux Formali mmirati lejn l-istudenti fis-settur obbligatorju,
b. reġistrazzjoni ta’ Istituzzjonijiet Edukattivi Mhux Formali mmirati għal studenti fis-settur obbligatorju,
c. tissorvelja u tevalwa l-prattiki u l-progress tal-istituzzjonijiet edukattivi marbuta mal-Istandards Nazzjonali tal-Kwalità u tiżgura l-kontabilità,
d. tipprovdi lill-istituzzjonijiet edukattivi b’feedback ċar dwar il-programmi akkreditati tagħhom li jappartjenu għall-effettività tal-edukazzjoni pprovduta u tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal skopijiet ta’ titjib,
e. tissorvelja u tirregola l-proċessi assoċjati mas-Secondary School Leaving and Profile,
f. tirregola u tamministra l-Validation and Recognition of Prior Learning fis-settur obbligatorju,
g. tikkollabora ma’ diversi msieħba kif meħtieġ biex issostni l-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq.
Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, Pjan Terren, Triq Joseph Abela Scolaro, Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: [email protected]
Tel: 2598 1447
Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, Pjan Terren, Triq Joseph Abela Scolaro, Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: [email protected]
Tel: 2598 1441
Għal kwalunkwe mistoqsija dwar l-akkreditazzjoni u l-validazzjoni tal-programmi, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: [email protected]