FAQs
L-Istandards Nazzjonali għas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0 – 3 snin) tnedew mid-DKSE f’Ottubru 2021 biex jirregolaw it-tmexxija taċ-Ċentri. L-Istandards jirregolaw kemm il-kwalità tal-proċess kif ukoll dik tal-istruttura taċ-ċentru. Dawn huma kumplimentati wkoll mill-Kriterji ta’ Reġistrazzjoni għas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0 – 3 snin) li jistabbilixxu r-regolamenti u l-kriterji li l-Persuna Legalment Responsabbli (LRP) trid tikkonforma magħhom, qabel ma jinfetaħ ċentru u waqt l-operat. Dawn il-kriterji stabbiliti huma speċifikament relatati mad-disinn u t-tqassim tal-bini, kif ukoll il-faċilitajiet u d-dokumentazzjoni meħtieġa biex wieħed jopera.
L-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 605) ikopri l-operat u l-użu taċ-Ċentru.
Tista’ taċċessa informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ ċentri ġodda billi tikklikkja hawn. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fuq +356 25981400 jew fuq posta elettronika: customercare.dqse@gov.mt
Id-Direttorat jipprovdi gwida u assistenza dwar l-għoti ta’ servizzi ta’ Edukazzjoni u Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0 – 3 Snin).
L-Att dwar l-Edukazzjoni jistabbilixxi li huwa illegali li jiġi stabbilit u mmexxi Ċentru mingħajr liċenzja valida. L-applikazzjoni għal-Liċenzjar ta’ Ċentru ġdid tista’ timtela onlajn u tiġi sottomessa flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ sotenn. Ladarba d-dokumenti kollha jiġu evalwati mid-DKSE u jinstabu li huma skont ir-rekwiżiti, issir żjara fuq il-post. Mat-tlestija taż-żjara, l-uffiċjali jinfurmaw lil-LRP jekk il-kundizzjonijiet kollha ġewx indirizzati b’mod sodisfaċenti jew jekk hemmx bżonn ta’ aktar azzjoni. Ladarba l-kundizzjonijiet kollha jkunu ġew indirizzati b’mod sodisfaċenti, issir rakkomandazzjoni biex tinħareġ Liċenzja temporanja li tkun valida għal sitt xhur. Issir żjara qabel ma tiskadi l-liċenzja temporanja li matulha l-uffiċjali jwettqu evalwazzjoni sħiħa taċ-ċentru. Skont ir-riżultati taż-żjara ta’ evalwazzjoni, il-liċenzja tista’ tinħareġ, jew tista’ tinħareġ liċenzja temporanja oħra valida għal sena jekk l-istandards ma jkunux ġew indirizzati kollha b’mod sodisfaċenti.
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex issib il-lista sħiħa taċ-ċentri liċenzjati.
Wieħed jista’ jniżżel il-formola biex jitlob lill-Qrati tal-Liġi għall-approvazzjoni skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Reġistrazzjoni).
Kull ċentru huwa liberu li jistabbilixxi l-ħinijiet tal-operat tiegħu. Jista’ ikollok tikkuntattja numru ta’ ċentri biex issib wieħed li jaqbel mal-bżonnijiet partikolari tiegħek.
Ktejjeb ta’ Informazzjoni għall-Ġenituri u l-Kustodji Legali li qed ifittxu Ċentru jista’ jiġi aċċessat billi tikklikkja fuq il-ħolqa. Dan il-ktejjeb huwa għodda prattika għal kull ġenitur/kustodju legali li jrid ikun infurmat qabel ma jiddeċiedi dwar liema Ċentru jixtieq jibgħat lil uliedu. Dan il-ktejjeb jagħti lill-qarrejja idea ċara ta’ x’wieħed jistenna minn Ċentru u jindirizza mistoqsijiet frekwenti li ġenitur/kustodju legali jista’ jistaqsi.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni jirrikjedi li l-persuni kollha impjegati fiċ-ċentri jkollhom kondotta tajba u l-impjegati kollha jridu jipprovdu kondotta dettaljata tal-pulizija biex isostnu dan ir-rekwiżit. Barra minn hekk, f’konformità mal-Istandards, l-impjegati għandhom jipprovdu żewġ referenzi biex jixhdu l-karattru tajjeb u l-kondotta morali tagħhom. Kull ċentru għandu jkollu l-impjegati kollha tiegħu approvati skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Reġistrazzjoni)(POMA) fuq bażi annwali. Id-DKSE tiċċekkja din id-dokumentazzjoni għaċ-ċentri kollha fuq bażi annwali.
Iċ-ċentri kollha għandhom isegwu politika ċara dwar it-tfal morda. Qabel ma tirreġistra lit-tifel tiegħek f’ċentru, huwa importanti li tistaqsi jekk tali politika hijiex fis-seħħ. Jekk għadek imħasseb li mhux qed jittieħdu prekawzjonijiet adegwati, iddiskuti dan mal-Persuna Legalment Responsabbli/il-maniġer taċ-Ċentru. Jekk xorta mintix ċert, huwa importanti li ssib l-aktar ċentru adattat li jsegwi politika sodisfaċenti dwar it-tfal morda.
L-Istandards jistipulaw li ċ-Ċentru għandu jaħdem mill-qrib mal-ġenituri/kustodji legali. Il-ġenituri/kustodji legali għandhom jiġu mħeġġa jinvolvu ruħhom fil-progress ta’ wliedhom fiċ-Ċentru. Il-preżenza tal-ġenituri/kustodji legali fiċ-Ċentru għandha wkoll tiġi mħeġġa u appoġġjata. Jekk dawn il-politiki jiġu segwiti, il-ġenituri/kustodji legali jkollhom l-opportunità li jaraw jekk uliedhom humiex kuntenti u li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ kuljum.
Skont l-Istandards, l-impjegati kollha, irrispettivament mill-età, għandhom ikollhom kwalifika fl-edukazzjoni u l-ħarsien tat-tfal fis-snin bikrin. Tajjeb li jkun hemm taħlita ta enerġija u maturità fost l-impjegati biex jipprovdu superviżjoni u jippromwovu servizz ta’ kwalità tajba għat-tfal.
Is-servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrija (0 – 3 Snin), huma maħsuba biex jikkumplimentaw l-ambjent tad-dar u biex jgħinu lit-tfal jiżviluppaw l-indipendenza u l-ħiliet soċjali permezz tal-logħob. Il-logħob fi ħdan il-grupp ta’ età 0 sa 3 huwa l-aspett bażiku u l-aktar essenzjali tat-tagħlim. Li t-tfal ta’ din l-età jingħataw xogħol id-dar, huwa kontroproduttiv, ippoġihom taħt stress bla bżonn. Dan jista’ iwassal biex għada pitgħada, it-tfal isibu t-tagħlim aktar formali mhux attraenti.
Biex jieħdu ritratti tat-tfal li jattendu ċ-ċentru tagħhom, il-Persuna Legalment Responsabbli/il-maniġer taċ-Ċentru, għandha l-ewwel tikseb kunsens bil-miktub mill-ġenituri/kustodji legali. Dawk li jipprovdu s-servizz jistgħu jieħdu ritratti tat-tfal meta jkunu involuti f’attivitajiet sabiex il-ġenituri/kustodji legali jkunu jistgħu jsegwu dak li jkunu qed jagħmlu wliedhom fiċ-Ċentru. Madanakollu, f’każijiet bħal dawn, il-Persuna Legalment Responsabbli/il-maniġer taċ-Ċentru xorta teħtieġ permess bil-miktub u l-ġenituri/kustodji legali għandhom kull dritt li jirrifjutaw.
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn għall-proċedura biex tressaq ilment.
Tista’ taċċessa informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ ċentri ġodda tal-Edukazzjoni u l-Kura bikrija tat-Tfal billi tikklikkja hawn. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fuq +356 25981400 jew imejl: customercare.dqse@gov.mt.
Id-Dipartiment se jipprovdi gwida u assistenza dwar l-għoti ta’ servizzi ta’ Edukazzjoni u Kura bikrija tat-Tfal.
Jekk Ċentru jissuspetta jew jiġi notifikat li wieħed mit-tfal taħt il-ħarsien tiegħu qiegħed/kien qed isofri minn mard infettiv, il-Maniġer taċ-Ċentru għandu jirrapporta l-każ lit-Taqsima għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Infettiv. It-Taqsima għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Infettiv tipprovdi aktar gwida dwar il-miżuri ta’ prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu miċ-Ċentru biex jiġi evitat it-tixrid tal-infezzjoni. It-Taqsima tal-Mard u l-Kontroll Infettiv tista’ tiġi kkuntattjata fuq in-numri ta’ kuntatt u l-indirizz elettroniku li ġejjin:
Ħinijiet tal-Uffiċċju (+356)23266109/ 122/ 119/ 111/ 117/ 145/ 146
Ħinijiet barra mill-Uffiċċju (+356)21332235/ 21324086
Indirizz elettroniku disease.surveillance@gov.mt