dqse.gov.mt

Proċess ta' Evalwazzjoni Esterna

 
L-Evalwazzjoni Esterna taċ-Ċentri tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal (0 – 3 snin)

Il-Mudell ta’ Evalwazzjoni Esterna (0 – 3 snin) huwa bbażat fuq qafas ta’ kwalità infurmat mill-prinċipji tad-dokumenti ta’ politika: Qafas ta’ Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd (MEDE, 2012), il-Gwida tal-Edukaturi għall-Pedagoġija u l-Assessjar- Bl-użu ta’ Approċċ ta’ Kisbiet tat-Tagħlim: Toolkit għaċ-Ċiklu tas-Snin Bikrin (MFED, 2015), l-Istandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (MFSS, 2006), l-Istandards Nazzjonali għall-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin) (MFED 2021), Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin f’Malta u Għawdex (MEDE, 2015), kif ukoll politiki nazzjonali u internazzjonali u riċerka relatata ma’ elementi ewlenin tal-aħjar prattiki fl-ECEC u l-assigurazzjoni tal-kwalità.

L-evalwazzjoni esterna taċ-ċentri, huwa normalment eżerċizzju annwali li jinvolvi tim magħmul minn uffiċjal mit-Taqsima Regolatorja u ta’ Konformità (RCS), u uffiċjal edukattiv mit-Taqsima tar-Evalwazzjoni Esterna (ERS) tad-DKSE.

Matul iż-żjara, it-tim li jkun qed jevalwa ċ-ċentru jagħmel laqgħa mal-LRP (jekk preżenti) u/jew il-maniġer taċ-ċentru, jevalwa d-dokumenti mitluba, iwettaq osservazzjonijiet, jiddiskuti b’mod informali r-riżultati tal-osservazzjonijiet u jagħti l-feedback finali. Dak li jkun evalwat waqt iż-żjara jkun inkluż f’rapport li jintbagħat lil-LRP. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess se jiddetermina r-reġistrazzjoni tal-istatus għas-sena kalendarja li jmiss.