dqse.gov.mt

Edukazzjoni Fid-Dar

L-edukazzjoni fid-dar, ladarba tkun liċenzjata, hija dwar il-personalizzazzjoni tal-kurrikulu li jaqbel mal-ħtiġijiet akkademiċi u personali tal-istudenti. Din tinvolvi ġenituri jew kustodji, li jassumu responsabbiltà legali li jipprovdu esperjenza edukattiva ta’ kwalità għolja ekwivalenti għal dik ipprovduta fl-iskejjel bi spejjeż tagħhom. Biex jiġi żgurat il-benesseri ħolistiku tat-tfal edukati fid-dar, l-applikazzjonijiet, il-programmi ppjanati u d-dokumentazzjoni rilevanti ppreżentati mid-detenturi potenzjali tal-liċenzja jiġu evalwati mill-Bord responsabbli għall-Edukazzjoni fid-dar.

Il-ġenitur jew il-kustodju, bħala l-persuna legalment responsabbli, u l-edukatur fid-dar għandhom ikunu infurmati sew dwar x’tinvolvi l-edukazzjoni fid-dar. Il-ġenitur jew il-kustodju jista’ japplika għall-provvediment  ta’ edukazzjoni fid-dar tat-tfal permezz tal-applikazzjoni Edukazzjoni Fid-Dar. Il-Bord responsabbli għall-Edukazzjoni fid-Dar jevalwa kull applikazzjoni. Jekk tiġi approvata, il-Bord jirrakkomanda lid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) biex joħroġ lill-fornitur tal-edukazzjoni fid-dar b’Liċenzja tal-Edukazzjoni fid-Dar. Il-kwalità tal-provvediment ta’ edukazzjoni fid-dar tkun immonitorjata minn żjarat ta’ evalwazzjoni esterna, li jistgħu jkunu ppjanati jew mhux imħabbra, minn Uffiċjali Edukattivi mid-DKSE.

Aktar dettalji: Manwal għall-Provvista tal-Edukazzjoni Fid-Dar