It-tagħlim mhux formali jseħħ meta wieħed jipparteċipa f’attivitajiet organizzati. Dan it-tip ta’ tagħlim huwa intenzjonat u jista’ jwassal għal ċertifikazzjoni.
Għaliex għandek tħeġġeġ lit-tifel/tifla tiegħek biex jipparteċipaw?
Meta t-tifel/tifla tiegħek jieħdu sehem f’attività, tkun qed tiżgura li t-tifel/tifla tiegħek jiżviluppaw il-personalità tiegħu/tagħha billi:
Kif jista’ t-tifel/tifla tiegħek jipparteċipaw f’attività minn Fornitur ta’ Servizz akkreditat?
Tista’ ssib lista ta’ Fornituri ta’ Servizzi akkreditati differenti meta tikklikkja hawn.
Is-servizz li qed toffri jagħmel parti minn tagħlim mhux formali?
Iva: jekk qed torganizza attività bħal esebizzjoni teatrali, mixja avventuruża, jew tip ieħor ta’ attività.
Le: jekk qed toffri Tagħlim Privat.
Jekk iva, kif tista’ ssir fornitur ta’ servizz akkreditat? Ikklikkja hawn
Biex tara l-lista ta’ fornituri ta’ servizzi akkreditati ikklikkja hawn.
Id-definizzjoni ta’ edukazzjoni mhux formali:
“It-tagħlim mhux formali huwa tagħlim li ġie akkwistat lilhinn mit-tagħlim formali. F’xi każijiet, huwa strutturat wkoll skont arranġamenti edukattivi u ta’ taħriġ, iżda aktar flessibbli. Normalment dan iseħħ f’ambjenti bbażati fil-komunità, fuq il-post tax-xogħol u permezz tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Permezz tal-proċess ta’ rikonoxximent, validazzjoni u akkreditazzjoni, it-tagħlim mhux formali jista’ jwassal ukoll għal kwalifiki u rikonoxximenti oħra.”
It-tensjoni bejn l-Universali u l-Individwu, it-tradizzjoni u l-modernità, f’tul ta’ żmien jew fiż-żmien qasir huma biss ftit mir-raġunijiet għaliex qed tiġi kkunsidrata ċ-ċertifikazzjoni tat-tagħlim mhux formali bbażat fuq l-erba’ pilastri tal-UNESCO. L-għan mhuwiex li jkun hemm piż żejjed fuq il-kurrikulu, iżda li jiżdiedu aktar aspetti mal-mod kif l-istudenti jistgħu jiġu żviluppati bħala bnedmin ħolistiċi li jgħinnuhom jużaw ħiliet trasversali u jippreparawhom għall-futur.
Id-dokument tal-Qafas Tal-Kurrikulu Nazzjonali (NCF) jgħid li jekk l-edukazzjoni Maltija trid tirnexxi fl-għanijiet tagħha, il-kurrikulu, fil-qalba tiegħu għandu jiġi ristrutturat b’għanijiet ċari ta’ involviment taċ-ċittadini, impjegabbiltà u ħiliet u kompetenzi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Dawn il-ħiliet u l-kompetenzi kollha jistgħu jissawru madwar l-erba’ pilastri tat-tagħlim: nitgħallmu nkunu nafu, nitgħallmu nagħmlu, nitgħallmu ngħixu flimkien, u nitgħallmu nkunu.
L-“Erba’ Pilastri tal-Edukazzjoni” oriġinarjament ġew stabbiliti f’rapport għall-UNESCO mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Edukazzjoni għas-Seklu Wieħed u Għoxrin ippresedut minn Jacques Delors (UNESCO, 1996). Dawn il-pilastri jenfasizzaw il-wisa’ u l-profondità tal-viżjoni tal-UNESCO dwar l-edukazzjoni fi ħdan u lil hinn mill-iskola. Skont ir-rapport, l-edukazzjoni trid tiġi organizzata madwar erba’ tipi fundamentali ta’ tagħlim tul il-ħajja ta’ persuna.
L-Erba’ Pilastri jistgħu jinġabru kif ġej:
Il-kompetenzi miksuba permezz tal-Erba’ Pilastri tal-Edukazzjoni tal-UNESCO bl-użu tal-Ħiliet tas-Seklu Wieħed u Għoxrin ġew żviluppati aktar skont il-livelli tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (MQF) bl-intenzjoni li dawn il-kompetenzi jiġu marbuta mal-istess qafas użat għall-edukazzjoni formali kif ukoll max-xenarju edukattiv Ewropew.
Jekk jogħġbok sib imwaħħal il-grid li juru l-pilastri ta’ hawn fuq imqabbla mal-livelli tal-MQF.