1. L-Għan
L-għan ta’ din il-proċedura huwa li tagħti l-lok biex dawk li jipprovdu u jużaw is-servizz, u lill-imsieħba kollha jgħaddu kwalunkwe lment li jistgħu jiltaqgħu miegħu fl-għoti tas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin). Dan biex jiżguraw l-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati u fuq kollox, l-aħjar interess tat-tfal. L-ilmentatur għandu inizjalment iressaq l-ilment tiegħu mal-maniġment
taċ-ċentru sabiex ifittex rimedju miegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, l-ilmentatur, jista’ jressaq it-tħassib mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Zgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, komplut b’dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun ta’ rilevanza għall-ilment.