dqse.gov.mt

Taqsima tal-Evalwazzjoni Esterna

It-Taqsima tal-Evalwazzjoni Esterna (ERS) regolarment iżżur u tevalwa l-prattiki edukattivi f’istituzzjonijiet edukattivi. L-uffiċċjali jiffukaw fuq il-kwalità tal-proċess. Dan huwa marbut mal-proċess tat-tagħlim.


X’inhu l-irwol tat-Taqsima tal-Evalwazzjoni Esterna (ERS)?

L-ERS hija l-fergħa fi ħdan id-DKSE li twettaq evalwazzjoni esterna tal-istituzzjonijiet edukattivi. Hija tiżgura standards għoljin f’dawn l-istituzzjonijiet billi tevalwa u tagħti rakkomandazzjonijiet dwar il-kwalità tal-
proċess. Il-kwalità tal-proċess jirreferi għall-prattiki u l-proċessi tal-iskejjel relatati ma’ tliet oqsma ewlenin, primarjament it-tmexxija tal-iskola, it-tagħlim, u l-etos.

X’inhuma l-objettivi tal-missjoni tal-ERS?

L-objettivi tal-missjoni tal-ERS huma li:

​a. tiżgura li l-istudenti kollha jirċievu intitolament ġust għal edukazzjoni u kura ta’ kwalità,

b. tistabbilixxi u tirrevedi l-Istandards Nazzjonali tal-Kwalità fl-edukazzjoni,

c. tissorvelja u tevalwa l-prattiki u l-progress tal-istituzzjonijiet edukattivi fir-rigward tal-Istandards Nazzjonali tal-Kwalità u tiżgura l-kontabilità,

d. tipprovdi lill-istituzzjonijiet edukattivi b’feedback ċar dwar l-effettività tal-edukazzjoni li qed jipprovdu u tagħti rakkomandazzjonijiet għal skopijiet ta’ titjib,

e. iżżomm lill-imsieħba ewlenin infurmati dwar il-prestazzjoni u l-progress fl-edukazzjoni li qed jipprovdu l-istituzzjonijiet edukattivi,

f. taqsam prattiki effettivi u kontinwi ta’ proċessi interni ta’evalwazzjoni ma’ istituzzjonijiet edukattivi,

g. tikkollabora ma’ diversi imsieħba kif meħtieġ biex issostnu l-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq.

Min jassigura l-kwalità tal-proċess fl-iskejjel?

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-proċess fl-iskejjel, l-ERS timpjega s-servizzi ta’ uffiċjali edukattivi li għandhom esperjenza wiesgħa fil-kuntest edukattiv. L-uffiċjali edukattivi tal-ERS okkupaw rwoli fi ħdan it-Timijiet ta’ Tmexxija tal-Iskola u għandhom esperjenza fid-disinn tal-kurrikulu, fit-tagħlim kif ukoll fir-riċerka edukattiva. Huma kontinwament itejbu l-ħiliet u l-għarfien tagħhom f’oqsma li għandhom x’jaqsmu ma’ edukazzjoni ta’ kwalità u titjib fl-iskola. Dawn l-Uffiċjali Edukattivi jirrispondu lid-Direttur u l-Assistent Direttur fi ħdan id-DKSE u huma assistiti mill-istaff segretarjali tad-direttorat.

X’inhuma l-prinċipji ewlenin tal-ERS ?

Sett ta’ prinċipji ewlenin jiffurmaw il-bażi tal-ERS u hija impenjata lejhom fil-kontribut tagħha fl-isfera edukattiva. L-uffiċjali edukattivi tagħha jagħmlu ħilithom biex iħarsu l-ogħla standards possibbli fix-xogħol tagħhom li jirriflettu l-prinċipji ewlenin deskritti fil-Public Service Management Code u l-Kodiċi ta’ Etika u Prattika tal-Għalliema (MEDE, 2012). L-ERS tfittex b’mod attiv li żżomm il-fiduċja tal-pubbliku u tieħu r-responsabbiltà għal prattika professjonali ta’ kwalità billi:

1. Turi livell għoli ta’ kondotta professjonali:

i. tiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data fil-parametri stabbiliti bil-liġi,

ii. tibbaża relazzjonijiet professjonali fuq il-fiduċja u r-rispett reċiproku,

iii. taġixxi b’onestà, integrità u ġustizzja,

iv. tikkomunika b’mod sensittiv mal-imsieħba kollha u tirrispetta s-sentimenti, il-perċezzjonijiet u r-reazzjonijiet ta’ kulħadd,

v. tkun miftuħa u tirrispondi b’mod pożittiv għal feedback kostruttiv.

2. Tħaddan t-tagħlim professjonali kontinwu:

i. tibqa’ aġġornata mal-għarfien u l-ħiliet professjonali permezz tal-parteċipazzjoni f’opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali intern u estern,

ii. tirrifletti u taġġorna regolarment proċessi u proċeduri,

iii. iżżomm kuntatt regolari ma’ istituzzjonijiet edukattivi differenti biex jiġi sostnut l-għarfien dwar kuntesti, realtajiet u sfidi differenti,

iv. tfittex appoġġ, pariri u gwida fejn meħtieġ.

3. L-użu ta’ ħiliet professjonali effettivi:

i. tinkoraġġixxi lill-imsieħba biex ikunu lesti li jipprovdu l-perspettiva tagħhom,

ii. tiġbor u tittriangola l-evidenza, iżżomm rekords preċiżi tad-data miġbura, tanaliżża l-informazzjoni, tinterpreta riżultati, u tagħmel evalwazzjonijiet li huma affidabbli u validi,

iii. tikkollabora u tinvolvi ruħha fi djalogu professjonali mal-membri tat-tim tal- evalwazzjoni esterna u mad-diversi imsieħba,

iv. agħti feedback u tikkomunika b’mod ċar, kostruttiv u effettiv mal-imsieħba differenti, biex tiġi żgurata t-trasparenza,

v. tevalwa u tirrapporta b’mod oġġettiv.

Uffiċjal Edukattiv

Uffiċjal Edukattiv
​​Is-Sa Ann-Marie Bartolo

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR
1304
Posta elettronika: ann.marie.bartolo.2@ilearn.edu.mt​
Tel: 2598 1419​​​​

Uffiċjal Edukattiv
​Dr Alex Cutajar

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR 1304

Posta elettronika: alexander.cutajar@ilearn.edu.mt
​Tel: 2598 1421

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sa Ruth Farrell

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: ruth.farrell@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1408

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sur Anthony Grech

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: anthony.grech.3@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1416

Uffiċjal Edukattiv
​Dr Carlos Grima

Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR 1304

Posta elettronika: carlos.grima@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1420

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sur Christopher Kenely

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR
1304
Posta elettronika: chris.kenely@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1418

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sa Mariella Farrugia

Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR
1304
Posta elettronika: mariella.farrugia@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1417

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sur Keith Aquilina

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun, HMR
1304
Posta elettronika: keith.aquilina@ilearn.edu.mt​
Tel: 2598 1426​

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sur Manuel Fenech

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: emanuel.fenech@ilearn.edu.mt​
Tel: 2598 1412​

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sa Dorianne Cachia

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: dorianne.cachia@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1411

Uffiċjal Edukattiv
Is-Sa Nadja Caruana

Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Bini DKSE/MFHEA, L-Ewwel
Sular, Triq Joseph Abela Scolaro,
Ħamrun,
HMR 1304
Posta elettronika: nadja.caruana@ilearn.edu.mt
Tel: 2598 1422