dqse.gov.mt

Evalwazzjoni Interna

Evalwazzjoni interna effettiva u l-azzjonijiet li joħorġu minnha għandhom iwasslu għal kisbiet edukattivi u esperjenza mtejba għall-istudenti kollha. Kif enfasizzat fil-Qafas tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni f’Malta, l-evalwazzjoni interna trid tkun parti integrali mill-proċess tal-ippjanar tal-iżvilupp tal-iskejjel u tiggwida lill-iskola billi tidentifika objettivi/prijoritajiet u azzjonijiet rispettivi.

Il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Iskola (SDP) jeħtieġ li jirrifletti wkoll l-istandards u l-prijoritajiet ta’ żvilupp li joħorġu mill-politiki u l-istrateġiji nazzjonali. Għalhekk, l-istituzzjonijiet edukattivi huma ggwidati biex jużaw l-istandards stabbiliti u l-kriterji ta’ suċċess biex imexxu l-evalwazzjoni interna tagħhom u l-ippjanar tal-iżvilupp tal-iskola. Il-kriterji ta’ suċċess tal-SDP għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jipprovdu gwida ċara dwar kif wieħed jista’ jevalwa kemm u sa liema punt standard qed jinkiseb. Proċess effettiv ta’ evalwazzjoni interna jeħtieġ ġbir affidabbli ta’ data, analiżi bir-reqqa u riflessjoni fl-identifikazzjoni ta’ miri ta’ prijorità.

Id-DKSE ppubblika l-Manwal tal-Evalwazzjoni Interna. Huwa maħsub biex jiggwida lill-iskejjel bl-użu tal-Istandards Nazzjonali stabbiliti u l-kriterji ta’ suċċess biex imexxu l-evalwazzjoni interna tagħhom u l-ippjanar tal-iżvilupp tal-iskola.

L-assigurazzjoni interna tal-kwalità fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni fl-iskola hija r-responsabbiltà tal-iskola rispettiva. It-Taqsima tal-Evalwazzjoni Interna u l-Appoġġ tagħti support lill-iskejjel tal-istat biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmi interni tagħhom għall-assigurazzjoni tal-kwalità. L-assigurazzjoni interna tal-kwalità tat-tagħlim tas-suġġetti hija appoġġjata u promossa mid-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar. L-assigurazzjoni interna tal-kwalità tal-għalliema hija r-responsabbiltà tad-Direttorat għar-Riżorsi Edukattivi.

Id-dokumenti li ġejjin jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet edukattivi bħala parti mill-proċess tal-evalwazzjoni interna tagħhom: