Service Type: 0 - 3 Snin2

0 – 3 Snin

Il-proċess lejn il-promozzjoni u r-regolazzjoni tas-Servizzi ta’ Edukazzjoni u Kura tat-Tfulija Bikrija f’Malta fl-aħħar snin ilu miexi b’pass sod, sabiex jilħaq il-ħtiġijiet kemm ta’ min juża s-servizz kif ukoll ta’ min jipprovdi s-servizz. L-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ Qafas ta’ Politika Nazzjonali għall-Edukazzjoni u l-Kura tat-Tfulija Bikrija għal Malta u Għawdex ​, huwa l-ewwel pass lejn provvista komprensiva ta’ ECEC ta’ kwalità għolja fil-kuntest Malti.

aqra aktar

Liċenzjar

Il-proċedura għall-ftuħ ta’ ċentru ġdid tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin) (ECEC) tinvolvi żewġ proċessi separati. L-ewwel proċess jikkonsisti f’applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) filwaqt li t-tieni proċess jikkonsisti fil-Proċess ta’ Reġistrazzjoni mad-DKSE.

aqra aktar

Ilmenti

1. L-Għan

L-għan ta’ din il-proċedura huwa li tagħti l-lok biex dawk li jipprovdu u jużaw is-servizz, u lill-imsieħba kollha jgħaddu kwalunkwe lment li jistgħu jiltaqgħu miegħu fl-għoti tas-Servizzi tal-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin). Dan biex jiżguraw l-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati u fuq kollox, l-aħjar interess tat-tfal. L-ilmentatur għandu inizjalment iressaq l-ilment tiegħu mal-maniġment
taċ-ċentru sabiex ifittex rimedju miegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, l-ilmentatur, jista’ jressaq it-tħassib mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Zgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, komplut b’dokumentazzjoni ta’ sostenn li tkun ta’ rilevanza għall-ilment.

aqra aktar

Proċess ta’ Evalwazzjoni Esterna

Il-Mudell ta’ Evalwazzjoni Esterna (0 – 3 snin) huwa bbażat fuq qafas ta’ kwalità infurmat mill-prinċipji tad-dokumenti ta’ politika: Qafas ta’ Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd (MEDE, 2012), il-Gwida tal-Edukaturi għall-Pedagoġija u l-Assessjar- Bl-użu ta’ Approċċ ta’ Kisbiet tat-Tagħlim: Toolkit għaċ-Ċiklu tas-Snin Bikrin (MFED, 2015), l-Istandards Nazzjonali għall-Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (MFSS, 2006), l-Istandards Nazzjonali għall-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fis-Snin Bikrin (0-3 snin) (MFED 2021), Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin f’Malta u Għawdex (MEDE, 2015), kif ukoll politiki nazzjonali u internazzjonali u riċerka relatata ma’ elementi ewlenin tal-aħjar prattiki fl-ECEC u l-assigurazzjoni tal-kwalità.

aqra aktar